Is-Segretarju għad-Difiża Brittaniku, Ben Wallace ħabbar kif ir-Renju Unit se jkun qed jibgħat sistemi ta’ missili lejn l-Ukrajna.
Il-Gvern Brittaniku għadu ma qalx kemm ser jintbgħatu armi lejn l-Ukrajna, madanakollu hu mifhum li l-ewwel konsenja se tikkonsisti fi tliet M270 multiple-launch rocket system.
Din is-sistema ta’ missili tiżen mal-ħamsa u għoxrin tunellata u kapaċi tispara missili sa tliet mitt kilometru ‘l bogħod.
Il-militar Ukren mistenni jkun mħarreġ dwar l-użu ta’ dawn l-armi fil-ġimgħat li ġejjin hekk kif ir-Renju Unit qed jara li jkun katalist biex jgħin lill-Ukrajna tiddefendi lilha nfisha mir-Russja.