Fi pjazza Tritoni, Malta ngħaqted ma’ ħamsin pajjiż ieħor sabiex tqajjem għarfien dwar id-drittijiet tal-annimali.
Malli daqqu l-ħamsa tal-Ħadd wara nofsinhar, ingħatat bidu għal-attività, b’numru ta’ nies iżommu ritratti ta’ annimali maħqura.
ONE News tkellem ma’ Haroon Ali, il-Koordinatur ta’ Animal Liberation Malta, fejn saħaq dwar li l-għan ta’ din it-tnax-il edizzjoni hija li jiġu mfakkra ċerti atti ta’ moħqrija li jgħaddu minnhom diversi annimali.
“Il-punt tagħna l-ewwel ħaġa hu biex nikrejaw awareness li n-nies mhux jaqbdu u jonfqu l-flus bl-addoċċ bla ma jaħsbu l-effett ta’ dak li jagħmlu, li wara ċertu choices li jagħmlu, hemm moħqrija kbira fuq dawn l-annimali innoċenti kif għamilna display.”
Fil-fatt, matul din l-atività, li saret bħala funeral għall-annimali kollha li mietu madwar id-dinja sforz il-moħqrija, tqajjem il-punt dwar iż-żamma tal-annimali u kif il-bniedem jidetta kif annimal għandu jgħix ħajtu.
“Aħna xi rridu l-aktar ħaġa li hija importanti għalina: il-libertà, il-paċi, l-għażla. Dawn l-aktar affarijiet importanti u l-aktar affarijiet li niċħduhom lil dawn l-annimali minnhom.”