Ġermaniża ta’ 29 sena li toqgħod Ħal Tarxien weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’ħabta f’Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-seba’ u nofs ta’ filgħaxija fi Triq San Anard.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 59 sena li toqgħod il-Mosta.
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet dwar il-każ.