L-Ukrajna reġgħet kisbet mill-ġdid partijiet mill-belt ewlenija Severodonetsk. Dan wara li parti mit-teritorju kien inħakem mill-forsi Russi.
L-aħħar aħbar qabel din kienet li l-Gvernatur Luhansk Serhiy Haidai kien ħabbar li 70% tal-belt li tinsab f’Lvant tal-pajjiż kienet inħakmet mill-forzi Russi.
Il-forzi Russi għandhom kontroll ta’ 20% tat-teritorju Ukren, b’Zelensky jgħid li l-pajjiż wettaq l-impossibbli meta rreżista it-tieni l-akbar armata fid-dinja.