Raġel ta’ 44 sena mill-Belt indarab gravi kawża ta’ splużjoni minħabba ċilindru tal-gass fil-Belt.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija fi stabbiliment fi Triq l-Ordinanza.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru irriżulta fil-kċina tal-istabbiliment kienet seħħet splużjoni minħabba ċilindru tal-gass.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza b’tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn ħadu lir-raġel l-isptar għall-kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.