Illejla fuq ONE se jixxandar programm ieħor mis-sensiela ‘Brillanti’, bl-isfida issa tkompli fit-tieni semifinali.
Il-preżentatur tal-programm, Joseph Chetcuti, qal li fil-programm tal-lejla wieħed se jistenna spettaklu u emozzjoni. Se jkompli jispikka t-talent lokali, b’diversi kapolavuri mużikali.
“Illejla wasalna għat-tieni semifinali u għandna programm specjali llejla. Illejla ‘Brillanti’ goes Maltese, jiġifieri ż-żgħażagħ tagħna se jaqbdu silta Maltija, xi kanzunetta, xi ħaġa folkloristika jew inkella miktuba minn xi Malti, u jagħtuha l-interpretazzjoni tagħhom proprju fuq l-instrumenti jew inkella bil-vuċi tagħhom. Se jkollna ħafna battibekki bejn il-ġurija tagħna. Se jkollna l-mistiedna speċjali, li hija Corazon. X’se jiġri u ma jiġrix, min se jinqala’ u min huma dawk li se jgħaddu, se jkollna sorpriżi kbar illejla. Se jkollna ħafna colpi di scena. Li huwa żgur li se tkunu mwaħħlin mat-televixin sal-aħħar. Għalhekk, kunu magħna: ‘Brillanti’, illejla fuq ONE.”
L-appuntament tagħna llejla huwa mal-programm ‘Brillanti’, li se jixxandar għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija fuq ONE.