Mara ta’ 46 sena minn Ħaż-Żabbar tweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Għaxaq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30 tal-bieraħ ta’ filgħaxija f’Dawret Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Kymco Agility misjuq mill-vittma u karozza Mazda CX-3, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 47 sena, minn Ħal Għaxaq.
Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.