Il-President Amerikan Joe Biden qal li l-Amerika għandha tipprojbixxi l-armi fl-idejn bħal pistoli semi-awtomatiċi fost oħrajn biex tindirizza l-attakki u vjolenza mwettqa’ bl-armi.
Huwa qal dan f’indirizz lin-nazzjon imdawwar b’xemgħat, li jirrappreżenaw lil dawk li mietu vittmi ta’ sparaturi u attakki tal-massa, bl-aħħar każ sar ftit tal-jiem ilu f’Texas, li ħasad il-ħajja ta’ 21 persuna.
Biden qal li jekk il-Kungress ma jistax jipprojbixxi dawn l-armi, għandu minflok jgħolli l-età li wieħed jista’ jikseb arma, minn 18-il sena għal 21.
Talab ukoll dwar espansjoni fil-kontroll ta’ persuni li jistgħu jkollhom arma, dan ifisser li fost oħrajn ikun hemm infurzar tal-liġi li persuni meqjusa bħala perikolużi, jitneħħewlhom l-armi.