L-attur ta’ fama internazzjonali, Johnny Depp rebaħ il-kawża li fetaħ kontra l-eks mara tiegħu, Amber Heard, fejn kien qed jitlobha tagħtih kumpens ta’ $50 miljun.
Dan wara li ġurija ddeċidiet li artiklu tal-2018 ippubblikat f’The Washington Post kien wieħed malafamanti.
F’din il-kawża, iż-żewġ atturi akkużaw lil xulxin b’malafama u fil-verdett laqgħet kemm it-talbiet ta’ Depp, kif ukoll ta’ Heard.
Il-ġurija sabet li d-dikjarazzjonijiet ta’ Heard dwar iż-żwieġ tagħha kienu “foloz” u wasslu “implikazzjoni malafamanti”.
Johnny Depp ingħata kumpens ta’ $15-il miljun mill-Qorti Amerikana, filwaqt li Heard ingħatat kumpens ta’ $2 miljun.