Mark Anthony Bonnici ta’ 42 sena minn Birkirkara tressaq il-Qorti wara allegata miżapproprjazzjoni ta’ flus.
Bonnici huwa eks plejer tal-futbol u hu mifhum li jinsab fuq libertà proviżorja b’rabta ma’ serqa bl-armi f’San Ġwann is-sena li għaddiet.
Huwa allegatament ħa depożiti li jlaħħqu mal-€15,000 mingħand erba’ klijenti għal servizzi ta’ handyman, iżda dawn is-servizzi ma pprovdihom qatt.
Il-każijiet imorru lura għal bejn l-2017 u l-2019 filwaqt li fil-Qorti ġie mixli ukoll b’ħasil ta’ flus u b’riċediviżmu.
Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Claire Vella Borg, għamlet talba għall-iffriżar tal-assi tal-imputat; talba li ġiet onorata mill-Qorti.
Bonnici wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ma saritx talba għall-libertà proviżorja fid-dawl tal-fatt li l-imputat ma tressaqx b’arrest.