Nhar l-Ergħba 8 ta’ Ġunju, waqt xandira diretta fuq ONE, insiru nafu minn ser jirrapreżenta lil Malta fl-akbar Konkors tas-sbuħija; Miss World. F’din is-serata ser naraw lill-mudella Naomi Dingli, ir-rebbieħa preċedenti li ser iċċedi l-kuruna tagħha.
Din is-sena, hija il-25 edizzjoni minn mindu inagħtat il-liċenzja lura lil Modelle International fejn qed ilaqqgħu 26 kontestanta , ta’ eta bejn is-17 u l-25 sena sabiex waħda minnhom titħabar bħala Miss World Malta 2022. Preżenti għas-serata ta’ din is-sena ser ikun hemm l-ex rebbieħa li kollha kellhom iċ-ċans jikkompetu fl-istess avveniment Miss World
Il-kontestanti diġa’ ġew ġġudikati fuq il-personalita’ u ser narawhom jimmudellaw ilbiesi eleganti, fejn umbagħad jintagħżlu 12-il mudella u lil dawn narawhom jiġu ġġudikati fuq il-figura tagħhom permezz ta’ malji tal-għawm, biex finalment naraw l-aħħar ħames finalisti jagħddu l-messaġġ tagħhom.
Il-ftuħ tas-serata minn ġewwa Forti Sant Iermu ser tkun f’idejn Aidan u ż-żeffiena tiegħu u l-preżentaturi ser ikunu Keith Demicoli u Sarah Agius.
Dawk kollha preżenti u s-segwaċi, ser jaraw kollezzjonijiet tal-aħħar moda minn Raja&Co, Queen’s Lane by Uniq, Colcci , The Dressing Room, Antonio’s Barber Shop u kollezzjoni mid-disinjatur Hermann Vassallo.
Sue Rossi u Claudia Calleja , l-organiżżaturi ta’ dan l-avveniment huma sodisfatti ħafna b’dak li ser jiġi offrut lis-segwaċi u l-udejnza, wara xhur ta’ ħidma mill-protagonisiti ta’ nhar il-Ergħba li ġej.
Din is-serata ser tkun trażmessa diretta fuq ONE fid-9 pm u qed tiġi organiżżata minn Modelle International, esklussivament liċenzjati minn Miss World Jersey Ltd.