L-Amerika se tkun qed tagħti rokits avvanzati ferm lill-Ukrajna biex tkun tista’ tiddefendi kontra r-Russja.
Ħabbar dan il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden.
L-Ukrajna kienet ilha titlob għal dawn l-armi, li għandhom mira preċiża u itwal, Iżda, l-Amerika żammet lura milli tagħti dawn ir-rokits fost biża’ li jintużaw biex l-Ukrajna twettaq attakki fir-Russja.
Madanakollu, Biden qal dawn l-armi letali se jkunu qed issaħħu l-pożizzjoni tal-Ukrajna waqt in-negozzjar mar-Russja u għalhekk tista’ twassal għal soluzzjoni diplomatika bejn iż-żewġ pajjiżi.