Illum id-Daniżi se jkunu qed jivvotaw f’referendum dwar il-politika tas-sigurtà tad-Danimarka.
L-eżitu ta’ dan ir-referendum huwa mistenni li jbiddel il-politika eżistenti, li ilha fis-seħħ 30 sena.
Dan hekk kif id-Danimarka hija l-uniku membru tal-UE li għandha l-hekk imsejħa riżerva tad-difiża. Jiġifieri, s’issa, id-Danimarka m’għandiex il-jedd li tkun parteċipi fil-politika Ewropea dwar id-difiża u s-sigurtà.
Iżda, id-Danimarka, bħal ġirien Nordiċi tagħha: l-iżvezja u l-Finlandja, hija mħassba dwar l-invażjoni Russa fl-Ukrajna, bid-differenza li l-pajjiż diġà huwa msieħeb fin-NATO.
Intant, l-opinjoni pubblika turi li d-Daniżi mistennija li jivvotaw favur bidla fil-politika tas-sigurtà ta’ pajjiżhom, u għalhekk ir-riżultat jaf ibiddel il-futur militari tad-Danimarka.