Raġel ta’ 34 sena mis-Somalja ngħata sentenza ta’ tliet snin ħabs wara li nstab ħati għal bosta akkużi, fosthom li kien kompliċi biex tifla ta’ seba’ snin tinħataf minn ommha u tittieħed barra minn Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mohamed Said Ahmed ġie akkużat ukoll li għen bosta persuni sabiex jidħlu u joħorġu minn Malta.
Huwa ammetta l-ħtija għall-akkużi miġjuba kontrih, u l-Qorti ordnat li jintbagħat tliet snin ħabs u jiġi mmultat €2,300, flimkien ma’ €1,620 fi spejjeż tal-esperti tal-Qorti.