Eric Attard ta’ 33 sena minn Ħaż-Żebbuġ ingħata multa ta’ €2,000 wara li nstab ħati li żamm annimal salvaġġ u ma rreġistrahx mal-awtoritajiet.
Huwa ġie akkużat ukoll li kien riċediv, wara li 2019 instab ħati li rabba numru ta’ annimali slavaġ żgħar.
Fil-Qorti, Attard kien ammetta għall-akkużi kollha, ħlief li kien riċediv. Huwa kien irreġistra l-annimal mal-awtoritajiet waqt il-proċeduri kontrih.
Wara li ammetta l-ħtija għall-akkużi u l-Prosekuzzjoni ma kellhiex biżżejjed provi biex tipprova li huwa riċediv, huwa ngħata multa ta’ €2,000 li jrid iħallas f’għaxar xhur.