Tiziana Attard, ta’ 35 sena, inżammet taħt arrest wara li wieġbet li mhix ħatja ta’ numru ta’ serqiet minn supermarkets waqt li kienet taħt kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest.
Hija ġiet mixlija li, f’sebat ijiem, serqet minn seba’ ħwienet different, wara li, fl-2020, kienet mixlija li serqet mingħand anzjana.
Fil-Qorti nstema’ kif l-imputata ma taħdimx u għaddejja minn problema ta’ droga, u kif hija allegatament inqabdet tisraq ikel, xorb, u lożor.
Id-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest, u għalhekk hija nżammet taħt arrest. Il-Qorti rrakkomandat li l-mara tinżamm fl-Isptar Monte Karmeli minħabba l-problema tad-droga.