Theddida ta’ bomba f’karozza fil-Gudja irriżultat fin-negattiv.
Bil-każ ġew infurmati l-Pulizija għall-ħabta tad-9:15 ta’ filgħodu x’ħin raġel ċempel li kellu l-karozza tiegħu suspettuża.
Il-każ seħħ fi Triq il-Bir Miftuħ kantuniera ma’ Triq Dawret il-Gudja bit-triq kellha tingħalaq għat-traffiku għal xi ħin minħabba d-dinamika tal-każ.
Fuq il-post assistew il-Pulizija flimkien ma’ membri fi ħdan l-Explosive Ordinance Disposal tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Fortunatament, l-investigazzjonijiet ma sabux splussiv mal-karozza.
Aktar tard it-triq infetħet għat-traffiku, madanakollu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.