Mara ta’ 38 sena minn Birżebbuġa sofriet minn ġrieħi ħfief wara li kienet involuta f’inċident fil-Marsa-Ħamrun Bypass direzzjoni lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Malta.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6.40.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-ħabta saret bejn tliet vetturi.
Il-mara kienet qed issuq karozza tal-għamla Toyota Vitz, filwaqt li s-sewwieqa l-oħra: raġel ta’ 29 minn Santa Venera li kien qed isuq vann Citroen Berlingo u raġel ta’ 58 minn Ħal Kirkop li kien qed isuq Nissan NV200 ma ġarbu l-ebda ġrieħi.