Għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu nqalbet ġo wied f’Għawdex.
Il-każ seħħ fi Triq it-Tiġrija, in-Nadur Għawdex.
Fortunatament ix-xarabank ma kelliex passiġiera fil-ħin tal-inċident għalkemm hu mifhum li x-xufier ta’ 67 residenti r-Rabat Għawdex kien sejjer jgħabbi t-tfal għall-iskola.
Fuq il-post issejjħu uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili.
Tim mediku ħa lix-xufier lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.