Iċ-ċiklista awstraljan Jai Hindley rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Giro D’Italia li ntemm il-Ħadd wara nofs-in nhar bil-21 u l-aħħar tappa f’Verona.
Hindley temm l-edizzjoni tal-Giro d’Italia fl-ewwel post tal-klassiifka quddiem il-franċiż Arnaud Demare u l-olandiż Koen Bouwman rispettivament.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intant l-aħħar tappa f’Verona li kellha tul ta’ ftit aktar minn 17-il kilometru ntrebħet minn Matteo Sobrero ta’ Team BikeExchange.
Fit-tieni post daħal Thymen Arensman ta’ Team DSM filwaqt li Mathieu Van der Poel ta’ Alpecin-Fenix spiċċa t-tielet.