Minn tal-inqas disa’ persuni nqatlu f’attakk ta’ bomba suwiċida f’għassa tal-pulizija fit-Tramuntana tas-Sinaj, fl-Eġittu.
Rapporti qed jgħidu li l-agressur daħal fil-bini bi trakk mimli bl-isplusivi. Kienu l-militanti li mbagħad fetħu n-nar fuq il-post.
L-ebda grupp ma refa’ responsabbiltà ta’ dan l-attakk iżda ż-żona kienet ħafna drabi fil-mira tal-Islamisti li għandhom rabtiet mal-grupp tal-Istat Islamiku.
Il-gruppi Islamiċi wettqu aktar minn erba’ mitt attakk fit-Tramuntana tas-Sinaj bejn l-elfejn u tnax u l-elfejn u ħmistax.