L-Amerika għandha l-ewwel tagħti prijorità lill-finanzjament għas-sigurtà fl-iskejjel tagħha qabel tagħti biljuni ta’ Dollari lill-Ukrajna. Għamel din id-dikjarazzjoni l-Eks President Amerikan Donald Trump waqt li kien qed jitkellem f’konferenza mtella’ mill-Assoċċjazzjoni favur l-armi.
Huwa kien qed jagħmel referenza għal dak li ġara erbat ijiem ilu f’Teaxas, fejn inqatlu 21 persuna: 19-il student u żewġ għalliema.
Trump qal li la l-Amerika kapaċi tati biljuni biex tgħin il-poplu Ukren, għandha l-kapaċità li tagħmel dak li hemm bżonn għas-sigurtà ta’ wliedha. Fil-fatt, huwa qal li l-prijorità għandha tkun sabiex jinbdew skejjel sikuri għal tfal Amerikani.