Intemmu l-kompetizzjonijiet KO organiżżati mill-assoċjazzjoni maltija tal-Handball hekk kif saru l-finali. Kavallieri huma r-rebbieħa tal-kategorija tan-Nisa filwaqt li La Salle rebħu l-kategorija tal-Irġiel.
Kavallieri – REBBIEĦA TA’ KNOCK-OUT U21 NISA
Kavallieri vs La Salle 23-21
La Salle marru minn fuq 13-9 sa nofs il-logħba, iżda Kavallieri dawru r-riżultat fit-tieni taqsima biex rebħu l-finali tan-knock-out u d-double għal dan l-istaġun. L-aqwa skorers – Kim Ambrogio (Kavallieri) b’7 gowls u Kyra Licari (La Salle) bi 8 gowls.
La Salle MBI – REBBIEĦA TA’ KNOCK-OUT U21 IRĠIEL
Swieqi Bajada New Energy Phoenix vs La Salle MBI 32-39
La Salle marru minn fuq kmieni fil-partita u ħadu marġni ta’ 11-il gowl sal-ewwel 30 minuta. Swieqi Bajada New Energy Phoenix naqqsu d-distakk fit-tieni taqsima iżda fl-aħħar kienu La Salle li ċċelebraw ir-rebħa u d-doppjetta għal dan l-istaġun. L-aqwa skorers – Isaac Vella bi 8 goals u Benjamin Spiteri b’7 goals (Swieqi Bajada New Energy Phoenix), Matteo Pucci, Anthony Mifsud, u Neil Gruppetta (La Salle) b’7 goals kull wieħed.
Ritratti: Jonathan Bugeja