Fi tmiem il-ġimgħa isir it-tieni Grand Prix tal-Kampjonat tad-Dinja Voomquest tal-Powerboats.
Il-Grand Prix se jerġa jsir f’Malta, din id-darba mal-kosta ta’ Tas-Sliema.
Fl-ewwel Grand Prix li sar xahar ilu f’San Pawl il-Baħar, fil-Klassi Cyber, Bad Company ta’ Clive Butler ħa r-rebħa ġenerali segwiet minn The Element Racing Team ta’ Celine Farrugia u El Diablo ta’ Laia Żammit.
Min-naħa l-oħra, fil-Klassi Voomquest V2 mistenni jkompli d-dwell bejn Freccia Blu ta’ Beppe Debono u El Diablo ta’ Clive Butler & Sammy Grima.
Kien Freccia Blu li rebaħ l-ewwel Grand Prix f’San Pawl il-Baħar xahar ilu.