Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi pjan biex l-assi ta’ dawk qrib il-President Russu Vladimir Puntin jintużaw sabiex
jiffinanzjaw il-bini mill-ġdid tal-Ukrajna wara l-gwerra.
S’issa mill-bidu tal-invażjoni fl-Ukrajna, ġew ikkonfiskati kważi €10 biljun f’assi minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea filwaqt li ġew imblukkati tranżazzjonijiet li jlaħħqu €196 biljun.
Fost dawk li tkellmu favur dan il-pjan hemm il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen, stati Baltiċi u l-Islovakkja.
Huma argumentaw li biex terġa’ tinbena l-Ukrajna wara l-gwerra irid isir investiment kbir allura huwa xieraq li dawk responsabbli għall-gwerra jħallsu ta’ għemilhom.