Salvador Ramos ta’ 18-il sena huwa l-aggressur li qatel lill-19-il tifel u tifla, u żewġ għalliema fi skola primarja f’Texas.
Nofs siegħa qabel ma’ mar jattakka l-iskola, Ramos f’messaġġ qal f’messaġġ privat li sejjer joqtol lil nanntu.
Ftit wara, f’messaġġ ieħor, huwa qal li qatel lil nanntu. Skont rapporti fil-midja Ramos spara lil nanntu f’rasha.
Kwarta qabel l-attakk fl-iskola, l-aggressur bagħat messaġġ ieħor, fejn qal li sejjer jispara ġo skola.
It-tfal u għalliema vittmi f’din it-traġedja kienu qegħdin fl-istess klassi.
Skont investigazzjonijiet li saru, l-aggressur xtara żewġ armi tan-nar u ħafna munizzjon f’Marzu li għadda.