Il-qgħad kompla jonqos ukoll matul ix-xahar ta’ April u għall-ewwel darba fl-istorja, il-qgħad niżel taħt l-elf persuna. Dan hekk kif ix-xahar li għadda mal-aġenzija JobsPlus hemm 963 persuna jirreġistraw għax-xogħol.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO.
Skont din l-istatistika tal-NSO joħroġ ukoll kif ir-rata ta’ qgħad f’April, hija inqas minn dik irreġistrata x-xahar ta’ qabel, jiġifieri Marzu. Dan hekk kif hawnhekk f’temp ta’ xahar, il-qgħad naqas b’45 persuna.
Meta tqabbel ir-rata ta’ April li għadda, mal-istess xahar fl-2021, hawnhekk ir-rata tal-qgħad niżlet b’1,285.