Il-kantawtriċi Amber tniedi l-kanzunetta tagħha ‘I need you’ flimkien ma’ vidjow mużikali li ġie produċut mill-kumpanija lokali Tribe. ‘I need you’ hija waħda mill-kanzunetti li tinsab fuq l-aħħar album ta’ Amber; 1991 li ġie mniedi bħal dan iż-żmien sena f’gheluq it-tletin sena tagħha.
“Il-kanzunetta titratta dwar dak li tħoss meta tkun qed issir tħobb lil xi ħadd b’ruħek u b’ġismek kollu, tant li ma tkunx tista’ tikkonċentra tul il-ġurnata anke jekk l-anqas tkun għadek għedt lil dik il-persuna x’qed tħoss lejha. Meta tkun kontinwament qed taħseb fuqhom u tkun trid tkun il-hin kollhu ħdejn din il-persuna”
AMBER – KANTAWTRIĊI
Il-kanzunetta nkitbet minn Amber innifisha fl-istudio flimkien ma’ Matteo Depares. Bejniethom għamlu weekend sħiħ jiktbu u jiddiskutu materjal ġdid u hemmhekk ġiet maħluqa din il-melodija ħelwa li Matteo transforma f’produzzjoni mużikali tajba mmens. “I need you” umbgħad ġiet iffinalizzata minn Elton Zee minn wickedandLoud.
Segwi hawn il-vidjow tal-kanzunetta ”I need you”