Frans Mintoff huwa ċ-champion ta’ Malta tal-kategorija Masters meta fil-finali it-Tnejn filgħaxija fl-akkademja tas-Snooker il-Ħamrun għeleb lil Arthur Cachia 5-4.
Kienet finali sabiħa li rat lil Cachia jibda tajjeb u jmur żewġ frames minn fuq. Mintoff irreaġixxa u ġab l-iskor indaqs. Cachia rega’ mar darbtejn minn fuq, l-ewwel bi skor ta’ 3-2 imbgħad bi skor ta’ 4-3. Iżda Miontoff reġa’ irreaġixxa u rebaħ iż-żewġ frames li kien fadal biex finalment għalaq il-logħba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI