Imran Ahmad Khan, eks membru parlamentari tar-Renju Unit, ġie kkundannat 18-il xahar ħabs wara li fl-2008 abbuża sesswalment minn tifel ta’ 15-il sena.
Fil-Qorti, il-vittma,, li illum għandu 29 sena, irrakkonta kif wara l-attakk ħassu mbeżża’ u vulnerabbli.
Madanakollu, Khan wieġeb li mhux ħati għall-abbuż, u l-Imħallef innota li dan ma kellu l-ebda rimors għall-azzjonijiet tiegħu.
Khan irriżenja mill-House of Commons, ekwivalenti għall-Parlament, xahar ilu u fil-ġimgħat li ġejjin postu mistenni jimtela’ permezz ta’ elezzjoni każwali.