Qorti fl-Ukrajna tat sentenza ta’ għomor il-ħabs lil suldat Russu li qatel għal xejn b’xejn raġel fit-triq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan il-każ b’rabta ma’ delitti tal-gwerra huwa tal-ewwel xorta tiegħu minn mindu r-Russi invadew l-Ukrajna
Fil-Qorti s-suldat ammetta li fit-28 ta’ Frar qatel billi spara lejn raġel ta’ 62 sena f’belt li tinsab fil-grigal tal-Ukrajna.
Huwa qal li jiddispjaċih ta’ dak li għamel u spjega li kien ordnat joqtol minn ta’ fuqu.