Somalu ta’ 54 sena li joqgħod il-Marsa qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien aggredit minn xi persuni.
Il-każ seħħ fis-sigħat birkin, hekk kif għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ dalgħodu r-raġel mar l-Għassa tal-Ħamrun, fejn hemmhekk stqarr li kien għadu kif ġie aggredit minn xi persuni waqt li kien qiegħed f’ħanut tax-xorb fi Triq il-Kbira San Ġuzepp.
Minħabba li l-vittma kellu xi ġrieħi, huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
B’rabta ma’ dan il-każ, il-Pulizija arrestat żewġt irġiel. Wieħed ta’ 35 sena minn Birkirkara u l-ieħor ta’ 17-il sena minn San Ġwann.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.