L-Ukrajna estendiet il-liġi marzjali, jiġifieri li tagħti l-kontroll lill-militar, bi tliet xhur, sat-23 ta’ Awwissu.
Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, iffirma d-digriet għall-ewwel darba fl-24 ta’ Frar, meta bdiet l-invażjoni Russa. Minn dakinhar ’il hawn estendieh darbtejn għall-perjodu ta’ 30 jum.
Illum, il-parlament Ukren ivvota b’maġġoranza għat-tielet estensjoni tal-liġi marzjali, li din id-darba qed tiġi estiża b’90 ġurnata. Dan sar, hekk kif ir-Russja qed tiffoka l-offensiva tagħa fir-reġjun tal-Lvant tal-Ukrajna, Donbas.