Patryk Maciej Przygoda ta’ 22 sena mill-Polonja ngħata multa ta’ elf ewro wara li ammetta li f’April ta’ din is-sena pprova jimporta tmenin gramma ta’ kannabis.
Fil-Qorti nstema’ kif persuna avviċinat il-Pulizija tal-Komunità b’pakkett indirizzat għall-imputat. Minn hawn il-Pulizija fittxu l-appartament tal-Pollakk, arrestawh u interrogawh.
Wara aktar, investigazzjonijiet, fejn anke ġie eżaminat il-mobile tal-imputat, il-Pulizija skoprew b’komunikazzjonijiet ma’ persuni barranin sabiex jixtri l-kannabis, u hawn hu ammetta li l-pakkett kien indirizzat għalih.
Il-Qorti ordnat li l-imputat iħallas il-multa t’elf ewro fi żmien sena, u li d-droga tiġi meqruda.