Eluf joħorġu jipprotestaw fit-toroq tal-belt Torka Istanbul bħala turija ta’ appoġġ għall-Canan Kaftancioglu, figura ewlenija tal-oppożizzjoni għat-tmexxija tal-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan.
Id-dimostrazzjoni tqanqlet wara li Kaftancioglu ġiet ikkundannata sentenza sospiża talli insultat lill-President Erdogan u lill-Istat Tork.
Hija qed tiġi akkużata fost oħrajn b’messaġġi ppubblikati fuq Twitter għaxar snin ilu.
Din mhix l-ewwel darba li Erdogan kien akkużat li qed jikser id-drittijiet tal-bniedem.
Oriġinarjament, fl-2019 hija ġiet ikkundannata kważi għaxar snin ħabs, iżda fl-appell, is-sentenza ġiet imnaqqsa għall-inqas minn ħames snin; skont il-liġi Torka, sentenzi ta’ inqas minn ħames snin ħabs, normalment ikunu sospiżi.