Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ospita l-120 laqgħa tal-Kumitat għat-Tekonoloġija tal-Informazzjoni, li jifforma parti mill-Kumitati tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.
Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, il-Prof Edward Scicluna, indirizza l-ftuħ ta’ din il-laqgħa,li kienet l-ewwel waħda wara l-pandemija li saret lil hinn minn Frankfurt u li kellha attendenza ta’ aktar minn 60 parteċipant.
Fl-indirizz tiegħu, il-Gvernatur Scicluna enfasizza l-importanza tal-investiment f’teknoloġiji ġodda speċjalment f’ekonomiji li huma bbażati fuq id-diversifikazzjoni tas-setturi ekonomiċi. Dan għamlu fl-isfond ta’ sfidi li l-Banek Ċentrali qegħdin jaffaċċjaw f’dinja dejjem aktar ibbażata fuq it-teknoloġija.
Waqt il-laqgħa, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Malti kellu laqgħa privata ma’ rappreżentanti mill-Bank Ċentrali Ewropew.