Franċiż ta’ 26 sena weġġa’ gravi wara li ġie aggredit minn persuna fi Tirq San Ġorġ, San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-aggressur ħarab minn fuq il-post qabel waslu l-Pulizija.
Fuq il-post assista tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-vittma, li aktar tard ittieħed lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.