F’laqgħa bilaterali bejn Malta u Sqallija ġew diskussi l-proġetti ta’ interconnector tal-enerġija.
Dan hekk kif delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli ltaqgħet mal-President ta’ Sqallija Sebastiano Musumeci.
Hawnhekk ġie diskuss il-proġett tal-interconnector, b’mod partikolari t-tisħiħ tal-link attwali minn Malta għal Ragusa.
Il-Ministru Dalli spjegat li Malta qed tesplora rotot differenti għall-partijiet offshore, biex ittejjeb is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.
Intqal kif fix-xhur li ġejjin se jibda l-proċess tal-ġbir tad-data, hekk kif dan se jinvolvi studji ambjentali, fost oħrajn.
Il-Ministru Miriam Dalli saħqet kif bit-tieni interconnector, Malta se tkun f’pożizzjoni aħjar biex tirrispondi għaż-żieda fid-domanda tal-elettriku fil-pajjiż, fiż-żmien li ġej.