Sewwieq ta’ mutur indarab gravi f’inċident fis-Sannat.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar fi Triq Ta’ Sannat, is-Sannat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 39 sena residenti l-Munxar, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Generic, u waqa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.