L-editur tal-MaltaToday, Saviour Balzan, ġie mmultat €1,000 f’kawża ta’ libell li nfetħet mill-Avukat Joe Brincat.
Dr Brincat fetaħ din il-kawża ta’ libell f’Settembru tal-2019, wara li ħassu malafamat b’artiklu li skontu ta l-impressjoni li, fis-snin tmenin, kien inħeles minn inkjesta fuqu fl-Italja minħabba favur politiku.
Fil-Qorti ntqal li mkien fl-artiklu ma ssemma li Brincat wettaq ir-reati li kien ġie akkużat bihom matul il-proċess kriminali jew li kellu jinsab ħati u jiġi kkundannat fil-proċeduri kriminali.
Il-Qorti tal-Maġistrat kienet illiberat lill-editur tal-MaltaToday. Madankollu, l-Avukat Brincat appella mis-sentenza. Min-naħa tagħha l-Qorti tal-Appell, immexxija mill-Imħallef Mark Chetcuti, ma qablitx mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Maġistrati.