Anzjan ta’ 81 sena, residenti l-Mosta, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ u tkaxkar miż-żiemel tiegħu.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 14.15 fi triq iż-Żokrija, Mosta.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn il-kundizzjoni tiegħu ġiet iċċertifikata bħala waħda gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dan l-inċident għadhom għaddejjin.