Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet self ta’ €9 biljun matul din is-sena, sabiex jgħin lill-Ukrajna kemm fil-gwerra bħalissa u anki bex tirkupra mill-konsegwenzi tal-agressjoni Russa.
Ħabbret dan il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, waqt konferenza tal-aħbarijiet. B’reazzjoni għal dan, il-President Ukren, Volodymyr Zelenskyy, esprima l-gratitudni tiegħu filwaqt li afferma mill-ġdid ix-xenqa ta’ pajjiżu li jissieħeb mal-Unjoni Ewropea.
Hija pproponiet ukoll li, bejn issa u l-2030, jingħataw madwar €300 biljun lill-Istati membri tal-Unjoni Ewropea sabiex jaqtgħu d-dipendenza tagħhom fuq l-enerġija Russa. Hija qalet li dan jista jsir permezz ta’ sorsi ta’ enerġija iżjed nadifa.