Madwar 250 suldat Ukren dehru jittieħdu f’idejn ir-Russi, wara li s-suldati Ukreni ċedew minn Azovstal. Dan huwa impjant fejn isiru xogħlijiet tal-azzar u tinsab fil-belt ta’ Mariupol.
Hawnhekk kien hemm eluf ta’ ċittadini li bdew jistkennu mill-attakk qalil ta’ dawn l-aħħar ġimgħat tal-militar Russu f’din il-belt.
Is-suldati Ukreni dehru jitpoġġew f’diversi vetturi u ttieħdu lejn ir-reġjun ta’ Donbas, li tinsab f’idejn ir-Russi.
Il-Gvern Russu qal kif hemm aktar minn 50 suldat Ukren, li se jingħataw kura medika, minħabba li weġġgħu, f’dak li qed jitqies minn diversi bħala assedju.