Aktar riżultati pożittivi għal-lottatur żagħzugħ malti Gary Giordmaina. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa rebaħ midalja tad-deheb waqt it-tournament ‘Mehmet Malo International United World Wrestling’ li sar fl-Albanija.
Gary Giordmaina kien qed jieħu sehem flimkien ma’ żewġ lottaturi oħra maltin, Adam Vella u Nico Zarb.
Giordimaina ħa sehem fil-kategorija tas-57kg, Adam Vella f’dik tal-65kg filwaqt li Nico Zarb ikkompeta fl-74kg.
Biex rebaħ id-deheb, Giordmaina għeleb l-isfida tal-lottaturi mill-Ingilterra u l-Italja. Dan is-suċċess jiżdied mar-rebħ tal-midalja tad-deheb fil-kampjonati nazzjonali tal-Ingilterra li rnexxilu jikseb aktar kmieni din is-sena.
Apparti Malta,f’dan it-tournament ħadu sehem ukoll tmien pajjiżi oħra: l-Albanija, l-Italja, l-Ażerbajġan, ill-Kosovo, il-Maċedonja, ir-Rumanija, l-Ingilterra u l-Iskozja.
Il-kontinġent malti fit-tournament fl-Albanija kien immexxi mill-coach Jesmond Giordmaina u mir-referee internazzjonali Abraham Vassallo.