F’ċerimonja fil-kappella Sistina, l-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-ommijiet biex ma jiddejqux ireddaw it-trabi tagħhom fil-Knisja.
“Iċ-ċerimonja hija twila, u hawn xi ħadd fostna għandu l-ġuħ.” Kien f’dak il-punt li l-Papa Franġisku qal lill-ommijiet preżenti biex mingħajr biża’ jreddaw it-tfal tagħhom fil-kappella u hawnhekk uża l-eżempju ta’ Marija Verġni meta kienet tredda l-Ġesú.
F’din iċ-ċerimonja l-Papa għamel il-magħmudija ta’ 28 tarbija – 15-il tifel u 13-il tifla.
Din mhux l-ewwel darba li l-Papa Franġisku tkellem favur li l-omm tredda t-tarbija tagħha fil-pubbliku.
F’bosta pajjiżi, inkluż Malta, diskussjoni ma taqta’ xejn hija dwar l-istigma li teżisti fuq ommijiet li jreddaw it-trabi tagħhom fil-pubbliku b’uħud jgħidu li din mhux aċċettabbli li dan isir fil-pubbliku.