Għall-ewwel darba f’pajjiżna, saret kompetizzjoni sportiva magħrufa bħala Triathlon Challenge Family li diġà ssir f’sebgħa u għoxrin pajjiż.
Din ittellgħet il-Ħadd filgħodu bis-sehem ta’ aktar minn mija u erbgħin atleta.
Din il-kompetizzjoni kkonsistiet f’għawma, tellieqa bir-rota u ġirja ta’ aktar minn wieħed u għoxrin kilometru.
Ir-rotta kienet ikkumplimentata minn veduti sbieħ tal-kosta u l-ġirja finali spiċċat fil-kapitali storika l-Belt Valletta.
ONE News tkellem mar-rebbieħ mal-wasla tiegħu fi tmiem it-tellieqa.
L-Olandiż Niek Heldoorn, lesta t-tellieqa f’rekord ta’ inqas minn erba’ sigħat.
Qal, “First of all it was an amazing experience, the island is beautiful, the sea, the views and it was very amazing and the race was just the same, it was incredibly hard but very rewarding and it was very great to see the island here and experience everything. As for the training part, basically I do a lot of training at home back in Holland were I come from around 20 to 25 hours a week to prepare for this beautiful event and I can’t be more happy by taking the win.”
Wieħed mill-organizzaturi ta’ din l-attività, li se tibda ssir kull sena, spjega s-sinifikat tagħha biex tkompli tqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-isport.
Qal, “Din kienet tinvolvi 2km għawma f’Baħar iċ-Ċagħaq, 90km rota u 21km ġirja li spiċċat hawn il-Belt. Il-parteċipanti il-maġġoranza kienu barranin, ħadu pjaċir ħafna bl-atmosfera u bl-ambjent. Ovjament aħna mberkin bit-temp u bil-baħar jiġifieri kienet sodisfaċenti ħafna, ovjament din ser nagħmluha kull sena u importanti nqajmu l-awarness għaliha.”