Dawk li segwew is-serata finali tal-Eurovision Song Contest, innutaw kif Laura Pausini ma tfaċċatx fuq il-palk waqt l-aktar ħin importanti x’ħin bdew jingħaddu l-voti tal-pajjiżi. Fuq il-mezzi soċjali l-kantanta u preżentattriċi spjegat x’ġaralha.
”Nista’ nassigurakom li ninsab tajba! Waqt il-finali niżlitli l-pressjoni u minħabba f’hekk, fuq parir tat-tobba, li minn hawn nirringrazzjahom, kelli nieħu pawsa ta’ madwar għoxrin minuta. Dawn l-aħħar 6 xhur kienu mimlija wisq, xogħol u stress, imma kuntenta li xorta waħda stajt nikkonkludi s-serata ma’ Alessandro u Mika u li magħhom stajt inħabbar ir-rebbieħa tal-Eurovision ta’ din is-sena fl-Italja”
LAURA PAUSINI
Laura rritornat fuq il-palk, daqs li kieku ma’ ġralha xejn. Mhux biss it-telespetatturi nnutaw in-nuqqas tagħha, iżda anke dawk li kienu qed isegwu b’mod dirett fl-Arena, f’Pala Olimpico f’Turin, hekk kif juri dan ir-ritratt it-teleprompter (fejn ikun qed jidher l-iscript tal-preżentaturi) baqa’ juri l-linji u l-partijiet fejn kellha titkellem Laura.