Fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta ingħata bidu għal-logħob ta’ Special Olympics ġewwa pajjiżna.
Din hija l-ewwel edizzjoni ta’ Special Olympics li saret f’pajjiżna u l-ewwel edizzjoni f’sentejn u nofs.
Fid-diskors tiegħu, David Evanġelista, li huwa President Reġġjonali u d-Direttur Maniġerjali ta’ Special Olympics, tkellem dwar l-entużjażmu li qiegħed jinħass wara sentejn mingħajr Special Olympics.
Il-Kummissarju Ewropea għall-Ugwaljanza, Helena Dalli stqarret kif dawn il-logħob huma xempju tal-isbuħija li ġġib magħha l-għaqda, filwaqt li qasmet messaġġ ta’ solidarjetà mal-atleti Ukreni.
Intant, il-President ta’ Special Olympics Malta, Dr Lydia Abela laqgħet lill-atleti kollha li se jipparteċipaw.
Hija qalet li l-missjoni ta’ dawn l-atleti f’pajjiżna hija li juru kif l-isport jista’ jresdaq lin-nies aktar flimkien.
Dr Abela għalqet billi uffiċċjalment tat bidu għal dawn il-logħob, fejn wara nxtelet it-torċa tal-Olimpjadi.