Nhar it-Tnejn li ġej il-WasteServ se tkun qed tagħlaq il-faċilitjiet kollha tagħha bejn is-1.30 u t-3.30 ta’ waranofsinhar. Ħabbret li se tagħmel dan bħala turija ta’ rispett lejn Joseph Ellul u l-familja tiegħu.
Joseph Ellul, tilef ħajtu b’mod traġiku nhar it-Tlieta li għadda waqt il-ħin tax-xogħol fl-inċineratur fil-Marsa.
Fi stqarrija, il-WasteServ qalet li anke ċ-ċentri għall-iskart goff f’Malta u Għawdex se jkunu magħluqa, filwaqt li l-inċineratur fil-Marsa se jibqa’ magħluq sas-6.30pm.
Il-kumpanija ġentilment qed titlob il-koperazzjoni tal-klijenti matul dan iż-żmien sabiex jagtħu l-aħħar tislima lill-kollega tagħhom, Joseph.