Is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tar-Renju Unit, Liz Truss qalet li Vladimir Putin qed iwaqqa’ lilu nnifsu għaċ-ċajt u sejħet għal sanzjonijiet iktar ibsin fuq Moska.
Waqt laqgħa tal-G7 – li jinkludu pajjiżi bl-ikbar ekonomiji fid-dinja, Truss qalet li s-sanzjonijiet m’għandhomx jitnaqqsu sa ma t-truppi Russi kollha jkunu telqu mill-Ukrajna.
Illum mistenni jitressaq quddiem il-ġustizzja suldat Russu minħabba qtil ta’ Ukren li ma kienx armat. Dan, allegatament, huwa l-ewwel reat kriminali mindu bdiet il-gwerra fl-Ukrajna.
Fl-aħħar messaġġ tiegħu, il-President Ukren Zelensky iddikjara li r-Russja diġà sofriet minn telfa strateġika ovvja.